Saturday 13 July 2013

X' inhi Kenya Mission International ?



F'Awissu li gej ser nitilghu tim ta' hamsa u tletin (35) voluntiera biex naghmlu diversi progetti f'Embu l-Kenya. Nixtiequ noholqu kuxjenza dwar il-bzonn f'dawn il-pajjizi u kif konkretament nistghu naghmlu xi haga biex intejbu l-kondizzjonijiet ta' dawn in-nies. Il-Grupp jaghmel parti minn Moviment Era Gdida u jissejjah Kenya Mission International ghax  ser jiehdu sehem diversi membri li gejjin minn pajjizi ohra. 



Talabna naghmlu dawn il-progetti l-Isqof Kenyan  Kariuki Njiru Paul (kariukipaulnjiru@gmail.com) Isqof ta' Embu, xi saghtejn 'l boghod minn Nairobi. 
l-Isqof Kenyan Rev Kariuki Njiru Paul 

Huwa qed jikkoordinalna x-xoghol li ghandna naghmlu.  Kemm-il darba laqqa' diversi esperti mid-Djocesi tieghu biex ihejjulna x-xoghol biex meta naslu nibdew mal-ewwel. 

Il-Grupp iltaqa' ma' diversi sorijiet, patrijiet u lajci li hadmu fil-Kenya. 

Minkejja r-restrizzjonijiet fil-hin ta' kull voluntier qed niltaqghu kull gimgha biex nibnu tim tajjeb bejnietna u nwettqu x-xoghol b'mod professjonali. 

Kull wiehed u wahda minna qed nerfghu l-piz finanzjarju minn butna biex inhallsu l-flight tickets, akkomodazzjoni, ikel, trasport etc. Flok hadna vaganza ser immorru naghmlu Missjoni. 



It-timijiet huma maqsuma f'diversi hidmiet li jridu jwettqu:


1) Team Mediku (ghandna Tobba, nurses, li jahdmu fl-ITU, cancer wards etc uhud Maltin u ohrajn barranin jahdmu f'Malta)

2) Team ta' Engineers (fosthom Ing. Paul Refalo  B.Eng. (Hons), AMIMechE Assistant Lecturer Department of Industrial and Manufacturing Engineering, Faculty of Engineering - University of Malta) - Inginier Michael Attard u  Ing.Marco Cremona (li huwa Idrologista, avventurier u appassjonat li jitla' l-muntanji u l-uniki Malti li tela' Mount Everest!)

3) Team ta' Benneja (li hadmu diga' f'Missjoni l-Albania u n-Nigeria)

4) Team ta' Studenti Universitarji (biex jorganizzaw Summer Schools etc)

5) Team ta' zghazagh (biex jahdmu fi progetti taz-zghazagh li d-Djocesi ta' Embu qed thejjilna)

It-tim diga' kellu esperjenza f'missjoni bhal din fl-Albanija, in-Nigeria u issa l-Kenya. 

Barra dan, l-Isqof Paul qed jitlobna jekk nistghux nghinuh biex jibni binja li fiha jistghu jghixu tfal abbandunati, orfni, li bhalissa qed jghixu kollha flimkien fi klassi! 

Qed norganizzaw diversi fund-raising activities. 






No comments:

Post a Comment